Nisa Iranjani jitħallew jidħlu għall-ewwel darba fi grawnd

Nisa Iranjani attendew għall-ewwel darba logħba ta’ kwalifika għat-Tazza tad-Dinja wara deċenji sħaħ. In-nisa tħallew jidħlu b’mod liberu fil-grawnd ġewwa Tehran.

In-nisa Iranjani kienu twaqqfu milli jattendu għal-logħob mindu l-irġiel bdew jilagħbu l-futbol fl-1979, ftit wara r-revoluzzjoni Iżlamik. Il-bidla saret wara li aktar kmieni din is-sena mietet mara li qabbdet lilha nfisha wara li ġiet arrestata għax daħlet fil-grawnd.

L-organizazzjoni għad-drittijiet umani qalet li kien hemm ftit biljetti allokati għas-segwaċi nisa. B’kollox inxtraw 3,500 biljett għal-logħba ta’ kwalifika kontra l-Kambodja. Huma ngħataw aċċess apposta biex joqgħodu f’sezzjoni apparti minn dik tal-irġiel. Il-grawnd jiflaħ b’kollox 78,000 ruħ.

Skont rapporti maħruġa l-biljetti għan-nisa nbiegħu fi ftit minuti.