Nisa bi protesti kontra kandidat Presidenzjali fil-Brażil

REUTERS/Chris Helgren

In-nisa fil-Brażil qed imexxu numru ta’ protesti kontra l-kandidat tal-lemin estrem għall-elezzjoni presidenzjali, Jair Bolsonaro. Ilbieraħ mijiet ta’ eluf nies niżlu fit-toroq jipprotestaw kontra Bolsonaro.

Huwa jinsab qed jirkupra wara li qala daqqa ta’ sikkina waqt li kien għaddej bil-kampanja iktar kmieni dax-xahar.

L-attivisti nisa qed jużaw il-hashtag #EleNao jew #HuwaLe biex ikomplu jibnu s-sapport lejn il-kawża tagħhom kemm fuq livell nazzjonali kif ukoll fuq livell internazzjonali. Bolsonaro rrabja diversi nies wara l-kummenti li kien għadda kummenti meqjusa offensivi dwar stupru, fost oħrajn.

Ħafna kienu dawk li marru f’Rio de Janeiro u Sao Paulo s-Sibt waranofsinhar. Huma użaw slogans kontra l-kandidat li ħafna qegħdin iqisu bħala wieħed diviżiv iżda li ilu xhur fil-quċċata tal-stħarriġ bħala l-kandidat presidenzjali favorit.

L-attivisti baqgħu għaddejjin bil-protesti sa bil-lejl bl-attivisti jqabbdu nar bati u jdoqqu d-drums.