“Nirringrazzjaw lil Alla li għandna lilek f’ħajjitna”

Awguri lill-kantanta u mudella Nicole Vella li llum qed tiċċelebra għeluq il-21 sena tagħha. Twieldet bħal-lum, il-5 ta’ Lulju tal-1999. F’Diċembru li għadda Nicole irrappreżentat lil Malta fil-konkors internazzjonali tal-Miss World.

Fost il-bosta messaġġi ta’ awgurju li diġà bdew jaslu lil Nicole, hemm dak ta’ ommha, il-kantanta Debbie Scerri, li apparti battuta umoristika, irringrazzjat lil Alla li hi u żewġha Matthew għandhom lilha f’ħajjithom.

Nicole hija wkoll studenta tal-psikoloġija u anke żeffiena, u konna wkoll rajnieha tikkompeti fil-programm X Factor Malta.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Nicole f’għeluq sninha.