“Nirringrazzjakom għad-dedikazzjoni u l-vokazzjoni tagħkom”

Il-ħidma id f’id bejn il-Pjattaforma Nazzjonali għall-Kanċer u l-Malta Community Chest Fund qed igawdu minnha l-pazjenti.
Ta’ dan, il-President Marie-Louise Coleiro Preca żaret l-uffiċċju tal-Pjattaforma li minnu jopera uffiċċju ieħor li jwassal għand il-Community Chest Fund.
B’hekk, il-pazjenti fiċ-ċentru tal-onkoloġija jitħaffifilhom il-proċess biex jikkuntattjaw xi għaqda li tkun parti mill-pjattaforma, kif ukoll biex japplikaw għal xi għajnuna mill-Community Chest Fund.
Mil-lum qed jitqassmu wkoll kotba u CD’s lill-pazjenti sabiex iservu ta’ wens lil dawk għaddejjin mit-terapija.
Il-President irringrazjat lill-istaff taċ-Ċentru tal-Onkoloġija tax-xogħol siewi tagħhom.
Ritratt: DOI- Reuben Piscopo