“Nirringrazzja lil Alla kull ġurnata għalik” – Marthese lil Mark

18 ta' Awwissu 1986: Jiżżewwġu Mark u Marthese Tonna.

Awguri lill-kantant Mark Tonna u martu Marthese li llum qed jiċċelebraw is-36 sena anniversarju miż-żwieġ tagħhom. Mark, li konna rajna wkoll fil-musical Il-Kbir Għadu Ġej, iddeskriva dawn is-snin bħala “36 sena ta’ mħabba bla kundizzjoni” filwaqt li żied li ma jxitieqx li l-affarijiet ikunu mod ieħor minkejja ż-żmien tad-dmugħ u daħk.

Min-naħa taħha Marthese qalet li tirringrazzja lil Alla kull ġurnata għal Mark u rringrazzjatu għal dawn is-snin kollu, bi tlajja w inżul.

Mark u Marthese għandhom tifla Mandy li wkoll għamlithom nanniet bil-wild tagħha Katryna. Mandy wkoll awgurat lill-ġenituri tagħha f’dan l-anniversarju. Wegħdithom li se tkun qed timxi fuq il-pass tagħhom u saħqet kif huma għallmuha biex tħobb mingħajr kundizzjoni.

Nawguraw lill-koppja Tonna aktar snin ta’ mħabba u rispett.