Aġġornata bir-ritratti: Nirien żgħar fl-impjant ta’ Sant’Antnin

Nirien żgħar ħakmu partijiet mill-Impjant ta’ Sant'Antnin f'Wied il-Għajn minħabba xi għodda.
Fi stqarrija, il-Minsteru għall-Ambjent u l-Wasteserv qalu li ħadd ma weġġa’ fin-nirien li ħakmu parti żgħira mill-impjant. Huma kkonfermaw li n-nirien li ġew irrappurtati għall-ħabta tal-4:15pm ġew ikkontrollati wara siegħa.
Skont il-Ministeru u l-Wasteserv, in-nar ġie kkawżat minn għodda industrijali li kienu qegħdin jitħaddmu viċin sezzjoni taħt l-art fejn fl-imgħoddi kien jinġabar iż-żibel għall-ipproċessar. Fl-istqarrija saħqu li “bħala prekawzjoni l-ħaddiema li kienu qegħdin jaħdmu f’din is-sezzjoni ġew evakwati u ntalbet l-assistenza minnufih tal-Protezzjoni Ċivili.” Żiedu jgħidu li “l-operat fi ħdan l-impjant tal-Wasteserv ġewwa Marsaskala kompla għan-normal hekk kif ġie identifikat li ma hemm l-ebda periklu għas-saħħa tal-ħaddiema.”
Kelliem għall-Protezzjoni Ċivili qal ma' Newsbook.com.mt li ttieħdu l-prekawzjonjiet kollha biex in-nirien ma jinferxux minħabba r-riħ.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ukoll l-aħbar u qalet li n-nirien ħakmu wieħed mill-imħażen. 
F'Mejju li għadda, l-istess impjant tar-riċiklaġġ kien inħakem min-nirien kbar.
Ritratti: Peter Paul Coleiro CPD