Nirien viċin razzett fl-Imtarfa

Ħadd ma weġġa’ f’nirien li skont kelliem għall-Pulizija bdew mill-ħaxix viċin razzett tal-annimali fl-Imtarfa. In-nirien seħħew fi Triq Santa Luċija fl-Imtarfa għall-ħabta tas-7pm.

Skont il-kelliem għall-pulizija xi persuni pruvaw joħorġu xi żwiemel li kienu jinsabu fir-razzett u kawża ta’ hekk belgħu xi dħaħen. Madankollu huwa kkonfermat li ħadd ma ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura. Il-membri tal-protezzjoni ċivili kkontrollaw n-nar li ħakem dan ir-razzett. Il-kelliem għall-Pulizija qal li skont l-informazzjoni li għandu ż-żwiemel ma sofrew l-ebda ġrieħi.