Mill-inqas 27 persuna, il-parti l-kbira tfal, inqatlu f’nirien fi skola qrib il-kapitali tal-Liberja, Monrovia.
Hu mifhum li n-nirien bdew fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu meta l-istudenti kienu reqdin f’binja qrib il-moskea.
Skont il-BBC, il-Pulizija qalu li għadhom qed ifittxu l-iġsma fil-bini. Qalu wkoll li n-nirien kienu kkawżati minn problema fl-elettriku. Madanakollu l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Il-President tal-pajjiż żar il-post u wassal il-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi.