Filmat: Nirien Notre Dame: L-Arċisqof f’laqgħa kommoventi mal-Ambaxxatur Franċiż

L-Arċisqof Charles Scicluna ddeskriva l-laqgħa li kellu mal-Ambaxxatriċi Franċiża għal Malta Brigette Curmi bħala waħda kommoventi ħafna. Huwa ltaqa’ mal-Ambaxxatriċi llum fl-ambaxxata l-Belt fejn esprima s-solidarjetà wara li n-nirien ħakmu l-katridal ta’ Notre Dame lbieraħ filgħaxija.

AQRA: Aġġornata (2): Filmat: Parti mill-Katidral Notre Dame tikkollassa minħabba nirien

F’kumment li ta lil Newsbook.com.mt, l-Arċisqof Scicluna qal li huwa wassal is-solidarjetà tal-komunità tal-Kattoliċi Maltin u Għawdxin. Spjega li kulħadd huwa milqut u maħsud b’dak li ġara. Kompla jgħid li kellu l-opportunità jagħti donazzjoni għall-fond imwaqqaf mill-President Franċiż Emmanuel Macron fejn wieħed jista’ jagħti kontribut biex jerġa’ jinbena mill-ġdid il-Katridal majestuż u li huwa parti mill-kultura Kristjana Ewropea kif ukoll dik dinija.

AQRA: Ritratti: Macron iwiegħed li l-Katidral Notre Dame jinbena mill-ġdid

“Ninbnew f’komunità mġedda’ 

L-Arċisqof Scicluna saħaq li meta tkun qed tinbena d-dar t’Alla tinbena wkoll l-komunità ta’ ħbiberija u solidarjetà. Spjega li s-solidarjetà twassal għall-isbuħija li kellu l-Katridal kellu qabel ma nħakem bin-nirien. Sostna li wieħed jista’ jerġa’ jiskopri din s-sbuħija tal-Katridal filwaqt li l-komunità terġa tinbena flimkien fis-solidarjetà biex b’hekk il-komunità stess tiġi mġedda.