Nirien minn short circuit joqtlu 18 f’kamp ta’ refuġjati

Nirien f’kamp ta’ refuġjati fl-Alġerija ħallew mill-inqas 18 mejta u iktar minn 40 midruba.
In-nirien bdew fit-3.00am, aktarx minn short circuit li mbagħad wassal biex heater jisplodi.
Fiċ-ċentru jgħixu 600 immigrant.
Minn kemm ilhom l-irvellijiet fil-Libja, l-Alġerija saret fost il-pajjiżi ewlenin fl-Afrika ta’ Fuq li immigranti mill-Afrika ċentrali jippruvaw jilħqu bit-tama li jaqsmu lejn l-Ewropa.