Nirien kbar fl-Ajruport ta’ Nairobi

Nirien kbar ħakmu l-Ajruport internazzjonali tal-Kenja fil-Kapitali Nairobi. Minħabba n-nirien qawwija, l-ajurport kellu jingħalaq, bil-passiġġieri kollha kellhom jiġu evakwati filwaqt li t-titjiriet kellhom jiġu posposti. Minkejja li n-nar ġie kkontrollat, jidher li l-membri tat-tifi tan-nar damu biex intervjenew.

Fortunatament ħadd ma weġġa’ kawża ta’ dawn in-nirien. 

Intant Newsbook jinsab infurmat li grupp ta’ volontiera Maltin li tela’ il-Kenja għal xogħol volontarju, ma kienx affetwat bl-inċident.