Nirien kbar fi Spanja

Għalkemm it-temperaturi madwar l-Ewropa kontinentali qed jinżlu u mistennija wkoll ix-xita, ir-reġjun ta’ Galizia fi Spanja jinsab fi stat ta’ emerġenza għan-nirien.

Mijiet ta’ persuni kellhom jitilqu minn djarhom wara li nirien kbar seħħew qrib iż-żona industrijali ta’ Xaras, fejn qrib hemm ukoll l-impjant tal-gass u l-isptar.

In-nirien kienu twal aktar minn erba’ kilometri u jinfirxu f’qasir żmien.

Numri kbir ta’ ħaddiema tat-tifi tan-nar issejħu fuq il-post.