Nirien Kalifornja: 17 mejta, 150 imfittxija

Aktar minn 150 persuna qed jiġu mfittxija wara li nhar il-Ħadd li għadda, nirien ħakmu r-reġjun famuż għall-produzzjoni tal-inbid fl-istat ta’ Kalifornja.
Sadanittant, l-għadd ta’ persuni li tilfu ħajjithom tela’ għal 17, u kienu jinkludu lil Charles Rippey ta’ 100 sena u martu Sarah ta’ 98 sena.
Aktar minn 2,000 binja ġġarrfu fin-nirien. L-aktar belt affettwata hija dik ta’ Santa Rosa, fit-Tramuntana ta’ San Francisco, fejn inqerdu distretti sħaħ.
Dawn in-nirien huma l-aktar qattiela fl-istorja ta’ Kalifornja, u nfirxu sa 60 mil ‘il bogħod.