Nirien jitqabbdu intenzjonalment f’Bormla  

Bieb ta’ residenza u karozza sfaw fil-mira ta’ nar li x’aktarx tqabbad intenzjonalment kmieni dal-għodu. Dan il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.00, fi Cortina San Nikola, f’Bormla.

Kienu n-nies li joqgħodu fil-viċin, li nduna bil-ħruq u ċemplu l-Puliżija waqt li raw xi rġiel jaħarbu minn fuq il-post.

Issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfu n-nar li kien hemm.