Nirien jirrikjedu evakwazzjoni

REUTERS/Alkis Konstantinidis

L-awtoritajiet Griegi ħeġġu residenti tar-reġjun mal-kosta ta’ Ateni biex jabbandunaw id-djar tagħhom minħabba n-nirien inkontrollabli li qed jikkonsmaw ir-raħal ma’ waħda mill-iktar awtostradi bieżla fil-Greċja.

L-awtoritajiet bagħtu membri mid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili biex jitfu n-nirien f’Kineta, fuq rotta li eluf ta’ xufiera jużaw kuljum biex imorru Peloponnese.

Il-viċi Sindku tar-raħal Megara, Stavros Fotiou, qal li n-nar mhux jintefa, u jħeġġeġ residenti biex imorru Corinth biex jipproteġu lilhom infushom.