Nirien jeqirdu raħal żgħir fl-Awstralja

Raħal ta’ 95 dar fl-Awstralja nqered għal kollox minħabba n-nirien li għadhom jibilgħu kull ma jsibu mingħajr kontroll.
Tliet persuni għadhom ukoll mitlufa.
In-nirien qed jolqtu l-iktar l-inħawi tal-Punent tal-Awstralja, mhux bogħod minn Perth, fejn ir-riħ ta’ 60 kilometru fis-siegħa qed jikkumplika s-sitwazzjoni.
In-nirien infirxu fuq medda ta’ 58,000 ettaru u għadhom fis-seħħ it-twissijiet t’emerġenza.