Nirien jaħkmu żewġ karozzi u mutur f’Ħaż-Żabbar

Newsbook.com.mt huwa infurmat li għal ħabta tat-2.55am ħadu n-nar żewġ karozzi u mutur fi Triq il-Kbira, f’Ħaż-Żabbar.

Il-Pulizija marru fil-post u flimkien ma’ membri tal-Protezzjoni Ċivili tfew in-nirien permezz ta’ fire extinguishers. Residenti li joqgħodu viċin il-karozzi maħruqa ġew evakwati bħala prekawzjoni.

Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ inkluża l-possibilità li l-ħruq seta’ kien intenzjonat. Ħadd ma weġġa’ fl-inċident.