Nirien jaħkmu uffiċini f’Tas-Sliema

Read in English.

Uffiċini ġewwa High Street Tas-Sliema kellhom jiġu evakwati minħabba xi nirien. Il-Pulizija kkonfermaw dan, iżda għadu mhux magħruf x’kien li kkaġuna n-nirien. Ma weġġa’ ħadd.

Kelliema għall-Pulizija qalet li huma ġew infurmati għal xid-9:30am. Fuq il-post marru l-Pulizija u l-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw n-nirien.