Nirien jaħkmu residenza f’Ħaż-Żabbar

Nirien li ħakmu residenza f'Ħaż-Żabbar, ġew ikkontrollati mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili. 
Il-Pulizija ġiet infurmata ftit qabel is-7pm li hemm dar qed taqbad fi Vjal il-Labour. 
Mal-wasla tagħha fuq il-post, il-Pulizija sabet li r-residenti kienu ħarġu barra. 
Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma' Newsbook.com.mt li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident. 
Ritratt: Arkivji