Nirien jaħkmu razzett f’Ħad Dingli

Nirien ħakmu razzett f’Ħad Dingli wara li balal tat-tiben ħadu n-nar.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija fi Triq ir-Rabat, fl-inħawi tal-Mina.
Ħaddiema tat-tifi tan-nar marru immedjatament fuq il-post biex jikkontrollow in-nirien.
Filwaqt li ħadd ma weġġa’ fl-inċident, sid ir-razzett ittieħed l-Isptar Mater Dei minħabba x-xokk.
Dwar dan il-każ infetħet inkjesta maġisterjali.