Nirien jaħkmu Primark; affettwati 14-il negozju

14-il negozju ġew affettwati aktar kmieni din il-ġimgħa hekk kif kellhom jagħlqu minħabba nirien li ħakmu stabbiliment tal-Primark f’Belfast fl-Irlanda.

Tlett ijiem wara li n-nirien ħakmu l-ħames sulari tal-binja, għadu qed jaqa’ parti mill-bini. Fuq il-post għad hemm vettura tat-tifi tan-nar bħala prekawzjoni. Fortunatament ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident u l-investigazzjoni tibda malli jkunu determinati l-integrità u s-sigurtà tal-istruttura.

Fl-istabbiliment kienu jaħdmu aktar minn 350 persuna. L-impjegati se jitħallsu għall-bqija tal-ġimgħa xorta waħda.