Nirien jaħkmu mħażen tal-karnival fil-Belt

Nirien ħakmu parti mill-imħażen tal-karnival fil-Belt Valletta.
Kelliem għall-Protezzjoni Ċivili qal ma' Newsbook.com.mt li vetturi tat-tifi tan-nar marru fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien fl-inħawi ta' Sant Iermu.
Żied jgħid li ħadd ma weġġa' f'dan l-inċident.
Il-kawża għadha mhix magħrufa.