Nirien jaħkmu l-lukanda Ritz ta’ Pariġi

F’Pariġi, ħadd ma weġġa’ meta nirien ħakmu l-aħħar sular tal-famuża lukanda Ritz, il-lukanda li fiha qattgħet l-aħħar lejl ta’ ħajjitha l-Prinċipessa Diana.
Bħalissa l-lukanda fil-qalba tal-belt tinsab magħluqa għal ristrutturar.
L-allarm ingħata għall-ħabta tas-6am u n-nirien spiċċaw involvew mas-60 ħaddiem tat-tifi tan-nar u 15-il vettura tal-Protezzjoni Ċivili.
L-inħawi madwar Place Vendome ingħalqu għat-traffiku.