Filmat: “Att krudili”; Nirien jaħkmu l-Ark ta’ San Publiju fil-Furjana

Bosta qed jiddeskrivu l-ħruq tal-Ark ta’ San Publiju fil-Furjana bħala att krudili u miskin. Kawża ta’ dawn in-nirien, saħansitra ġew affettwati erba’ karozzi.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li ġew infurmati li kien hemm xi struttura tal-festa li ħadet in-nar għall-ħabta tas-1.30am fi Triq San Tumas. Kawża tan-nirien, inħarqu wkoll erba’ karozzi li kienu pparkjati fil-madwar.

Il-Pulizija sejħu għall-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jiġu kkontrollati n-nirien. Ix-xogħol tagħhom dam għaddej siegħa u nofs, hemm kif in-nirien ġew ikkontrollati għall-ħabta tat-3am.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit. L-Enemalta ġiet infurmata sabiex tara jekk in-nirien setgħux seħħew minn xi apparat tal-elettriku, filwaqt li l-Pulizija qed tinvestiga l-alternattivi kollha li setgħu wasslu għan-nirien.

Ahbar hazina, ghal dawk kollha dilettanti tal festi. Jinharaq l-ark ta San Publiju fil Furjana. SOLEDARJETA ma dawn shabna Furjanizi. 😟😔🥺

Posted by Charles Scerri on Friday, April 26, 2019

Intant bosta rrikorrew għal Facebook sabiex jikkundannaw dan l-att fejn sostnew li kien wieħed li sar minn “bniedem injorant u kodard”. Bosta wrew is-solidarjetà tagħhom mal-Furjaniżi hekk kif dan il-mument ġab ħafna dieqa fost dawk li l-aktar jaħdmu għall-festa.

Posted by Deo Debono on Friday, April 26, 2019

Tlifna l-Ark Trijonfali tal-festa.Opra tal-arti. Wirt missirijietna.Grazzi lil dawk li b’xi mod kienu ta’ solidarjeta’. Maqgħudin bħala familja waħda nħarsu 'l quddiem b'tama f'Alla u San Publju.

Posted by Parroċċa San Publju Floriana on Friday, April 26, 2019

Ħasda u aħbar ta' dieqa. Tlifna ġawhra Furjaniża storika; l-ark trijonfali. Solidarjetà mal-ħaddiema, residenti u dawk…

Posted by James Aaron Ellul on Friday, April 26, 2019