Nirien jaħkmu klassi ta’ SkolaSajf f’Għawdex

Nirien ħakmu klassi li kienet tintuża għal SkolaSajf fl-Iskola Primarja tar-Rabat Għawdex, kawża ta’ short circuit.
Il-każ seħħ għal ħabta tas-7.30 ta’ dalgħodu fl-iskola fi Triq Arturo Mercieca, magħrufa bħala l-Vajrinġa.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
In-nirien wasslu għal diversi ħsarat fosthom fuq l-għamara.