Nirien jaħkmu karozza fl-Iklin

Ħadd ma weġġa’ meta nirien ħakmu karozza fl-Iklin.

Il-każ seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs meta karozza kienet qed taqbad f’għalqa li tinsab fi Triq ir-Razzett l-Aħmar, limiti tal-Iklin.

Il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issejħu fuq il-post u tfew in-nirien.