Nirien jaħkmu ħanut fil-Mosta

Matul il-lejl li għadda l-post minn fejn topera l-kumpanija Mosta Bacon inħakem minn nirien.
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li l-każ seħħ għal ħabta ta’ nofsillejl.
Fost l-oħrajn in-nirien ħakmu trakk u friġġ li jinsabu fil-bitħa interna. Dak il-ħin ħadd ma kien fil-bini li jinsab fi Triq it-Tama fil-Mosta. 
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jitfu n-nirien.