Nirien jaħkmu garaxx f’Albertown

B’xorti tajba ħadd ma weġġa meta nirien ħakmu garaxx ta’ panel beater li jinsab fi Triq ix-Xwieni, f’Albertown fil-Marsa. Il-każ seħħ għall-ħabta tat-8.30 ta’ dalgħodu.

Minn stħarriġ preliminari jirriżulta li s-sid, mechanic u panel beater li għandu 37 sena u joqgħod San Ġwann, kien qiegħed jaħdem b’welder qabel ma’ qasam it-triq biex ikellem kollega tiegħu.

Kien hawnhekk li nnota d-duħħan ħiereġ mill-garaxx u pprova jikkontrolla n-nirien.

Fil-ħin tal-inċident kien hemm xi karozzi li kienu qed jinżammu fil-garaxx, b’ħamsa jinqerdu fin-nirien.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija kif ukoll ħaddiema tat-tifi tan-nar mill-Protezzjoni Ċivili li tfew in-nirien.