Nirien jaħkmu ferrovija; 74 mejta

Minn tal-inqas 74 passiġġier mietu f’nirien li ħakmu ferrovija fil-Pakistan. Indarbu madwar 40 persuna oħra.

Skont il-Ministeru għall-Ferroviji, in-nirien kienu kkawżati minn splużjoni ta’ ċilindru tal-gass li kien qed jintuża minn passiġġieri waqt li kienu qed isajru l-kolazzjon.

L-aġenzija tal-aħbarijiet BBC irrappurtat li l-parti l-kbira tal-vittmi mietu hekk kif pruvaw jaqbżu minn fuq il-ferrovija.