Nirien jaħkmu fabbrika tal-għamara fil-Marsa

Nirien qawwija ħakmu fabbrika fil-Marsa lbieraħ filgħaxija għall-ħabta tal-10pm. Issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili li marru fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien.
Jirriżulta li l-ħidma tal-Protezzjoni Ċivili biex jitfu dawn in-nirien kienet waħda estensiva tant li damet għaddejja numru ta’ sigħat.
Il-fabbrika hija waħda tal-għamara u tinsab fi Triq Belt il-Ħażna l-Marsa.
Fil-ħin li bdew in-nirien ma kien hemm ħadd fil-fabbrika.
Saret inkjesta mill-Maġistrat Dr Charmaine Galea.