Filmat: Nirien jaħkmu fabbrika fil-Marsa

Nirien ħakmu fabbrika fil-Marsa.
Mill-ewwel informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt jirriżulta li ħadd ma weġġa' wara li nirien ħakmu l-fabbrika tal-Coca Cola fi Triq it-Tabar.
Il-każ seħħ iktar kmieni wara nofsinhar.
Fuq il-post issejħet l-għajnuna tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jikkontrollaw in-nirien waqt li l-ħaddiema ġew evakwati minn fuq il-post.