Aġġornata: Żagħżugħ l-isptar wara li nirien ħakmu fabbrika fil-Marsa

Żagħżugħ ta' 24 sena mill-Gżira ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza wara li nirien ħakmu fabbrika fiż-Żona Industrijali tal-Marsa llum wara nofsinhar.
Newsbook.com.mt huwa nfurmat li l-każ seħħ għal ħabta tal-4 ta’ waranofsinhar meta n-nirien segwew splużjoni li kienet ikkawżata mit-thinner.
Fuq il-post marru membri tal-protezzjoni ċivili, madanakollu n-nirien kienu diġà ġew ikkontrollati mill-ħaddiema tal-fabbrika.