Nirien jaħkmu dar fix-Xagħra

Residenza fix-Xagħra ħadet in-nar dalgħodu.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-inċident seħħ fi Triq Tal-Masri fil-11am.

Fuq il-post marru ħaddiema mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien. Ħadd ma weġġa’ kawża tal-inċident.