Nirien jaħkmu dar fil-Marsa

Ħadd ma weġġa’ f’nirien li ħakmu dar fil-Marsa.
Il-każ seħħ ftit wara l-10 ta’ dalgħodu fi Triq Qormi.
Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li n-nar beda minn washing machine li kienet fil-washroom tar-residenza.
In-nirien intfew immedjatament mill-membri tat-tifi tan-nar ta’ Kordin u l-Furjana.