Nirien jaħkmu dar f’Ħ’Attard wara ħsara fil-main tad-dawl

Ħadd ma weġġa’ meta nirien ħakmu dar f’Ħ’Attard.
Il-każ seħħ ftit qabel l-10 ta’ dalgħodu fi Triq San Duminku, hekk kif in-nar beda minn main tad-dawl.
In-nirien ġew ikkontrollati minn membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Dak il-ħin fid-dar kien hemm il-klieb ta’ sid id-dar, li ġew salvati mill-pumpiera tat-tifi tan-nar.