Nirien jaħkmu lil Kalifornja; jevakwaw 16,000 resident

Eluf ta’ nies ġew evakwati min-nirien li hemm f’Kalifornja, hekk kif ħaddiema mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qed jiġġieldu kontrihom.

In-nirien tal-Mendocino Complex infirxu mal-637km kwadru, li jiġu daqs nofs id-daqs ta’ Los Angeles. Dan sforza 16,000 resident biex jevakwa nar li s’issa qered 88 struttura, skont id-dipartiment tal-forestrija u protezzjoni min-nirien ta’ Kalifornja.

Erba’ ħaddiema mid-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mietu dis-sena, jiġġieldu kontra dawn it-tip ta’ nirien.

39% tan-nirien huma kkontrollati, u l-ħaddiema qed jimplimentaw miżuri biex iżommu r-riħ milli jerġa’ jqabbad kollox.