Nirien jaħkmu Kalifornja; 6 mejta; 7 nieqsa

Reuters

Ħaddiema tas-savataġġ jinsabu f’missjoni sabiex jitfu n-nirien qawwija li ħakmu lil Kalifornja.

In-nirien ħasdu l-ħajja ta’ sitt persuni, kissru totalment għadd kbir ta’ djar u ħallew minn tal-inqas seba’ persuni oħra nieqsa.

In-nar li beda barra minn Redding kompla jikber matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet u wassal sabiex madwar 38,000 persuna jaħarbu minn djarhom.

Fost il-persuni li tilfu ħajjithom hemm żewġ ħaddiema tas-salvataġġ, mara ta’ 70 sena u ż-żewġ neputijiet tagħha.

Tista’ taqra aktar dettalji minn hawn.