Nirien jaħkmu Bażilika fi Franza

Nirien kbar ġarrfu parti mill-Bażilika ta’ Saint Donatien fil-belt Franċiża ta’ Nantes.
In-nirien ħakmu l-bażilika għall-ħabta tal-10.30am wara l-quddiesa ta’ filgħodu, b’għadd ta’ Pellegrini jiġu evakwati mill-bini.
Madwar 40 membru tat-tifi tan-nar tfew in-nirien, li jidher li bdew minn fuq il-bejt fejn kien għaddej xi xogħol.