Nirien jaħkmu appartament fil-Qawra

Ħadd ma' weġġa meta nirien infirxu f’appartament fil-Qawra iżda tarbija ngħatat l-għajnuna minħabba d-duħħan.
L-inċident seħħ matul il-lejl għall-ħabta tal-11.30 f’appartament fir-raba’ sular ta’ blokka appartamenti li tinsab fi Triq Dawret il-Qawra, fil-Qawra.
Jirriżulta li kienu persuni li kienu għaddejjin fit-triq li avżaw lill-Pulizija.
Fuq il-post waslu tliet vetturi tat-tifi tan-nar kif ukoll membri tal-Pulizija u l-Protezzjoni Ċivili.
Persuni li kienu fil-blokka ġew evakwati u t-triq ingħalqet għat-traffiku sakemm intfew in-nirien.
Ħsarat estensivi ġew ikkawżati fl-appartament minħabba n-nirien.  

Ritratti: Paul Zahra