Nirien ħdejn it-Torri l-Aħmar

Ħaxix ħa n-nar fl-inħawi qrib it-Torri l-Aħmar, il-Mellieħa.

Membri tal-protezzjoni ċivili marru immedjatament fuq il-post biex jitfu n-nirien .

Għadu mhux magħruf jekk l-inħawi li ħadu n-nar jagħmlux parti mill-Foresta 2000.

Newsbook.com.mt huwa infurmat li ħadd ma weġġa' kawża ta' dawn in-nirien.

 

Ritratt: Ruben Overend