Nirien fuq vapur merkantili

Nirien seħħew fuq vapur tal-merkanzija twil 85 metru, daqs 30 mil nawtiku 'l barra mill-kosta ta' Malta. 

Patrol tal-Forzi Armati ta' Malta u lanċa mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post biex jagħtu l-għajnuna u jikkontrollaw in-nar.

L-ekwipaġġ tal-vapur ittella' fuq bastiment ieħor Taljan. Il-baħrin ma sofrewx ġrieħi.

Helikopter tal-Forzi Armati wettaq ukoll tfittxijiet madwar iż-żona.