Aġġornata (2): Nirien f’Tas-Sliema; persuna l-isptar

Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li weġġa’ minħabba nar li ħakem stabbiliment tal-ikel f’Tas-Sliema.

Dan ikkonfermatu ma’ Newsbook.com.mt kelliema għall-Pulizija li spjegat li n-nirien jinsabu fiż-żona ta’ Pjazza Sant’ Anna. Ir-rapport daħal fis-1.10pm.

It-Tork ta’ 37 sena u li joqgħod San Pawl il-Baħar weġġa’ ħafif.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija, ambulanza u l-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili.