Ħadd ma weġġa’ f’nirien f’residenza fil-Ħamrun

Aġġornat 08:06 AM

Residenza fil-Ħamrun inħakmet minn nirien dalgħodu.

Il-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt, li membri tal-Protezzjoni taċ-Ċivili marru fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien. Kien hemm xi nies f’din ir-residenza, u ntlemħu nies fuq il-bjut ta’ din id-dar fi Triq Patri Magri il-Ħamrun.

Jidher li r-residenza qabdet għall-ħabta tas-6.30am.

Issejħet ambulanza għaliex xi persuni kienu qed isofru minn xokk, iżda ħadd ma weġġa’. Fuq il-post kien hemm ukoll membri tal-Pulizija tad-Distrett tal-Ħamrun.