Nirien f’residenza f’San Ġwann

Inħolqu xi nirien f’residenza f’San Ġwann minħabba heater mixgħul tul il-lejl.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li dan ġara dalgħodu għall-ħabta tas-6.30am fi Triq Sant’Andrija.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u uffiċjali tal-Pulizija marru fuq il-post, iżda meta waslu, sabu li r-residenti kienu diġà rnexxielhom jitfu n-nar.

F’dan l-inċident ma saritx ħsara u ħadd ma weġġa’.