Nirien f’residenza f’Birkirkara

Christoph Schwaiger

Ilbieraħ filgħaxija residenza f’Birkirkara inħakmet minn xi nirien.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li kkonfermat li l-każ seħħ fi Triq Brighella fid-9.20pm. Fil-ħin tal-inċident kien hemm persuni fil-binja iżda jidher li dawn ħarġu waħedhom mingħajr assistenza.

Fuq il-post issejħet ambulanza iżda l-persuni konċernati rrifjutaw l-assistenza medika. Fuq il-post marru wkoll il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija.