Nirien f’lukanda f’San Ġiljan

Nirien żgħar ħakmu parti mill-lukanda San Ġorġ wara li tumble dryer ħa n-nar għal xi 12:30pm.
Il-lukanda hija dik tal-Corinthia San Ġorġ.
Skont kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-każ kien wieħed żgħir iżda għalih marru żewġ uffiċjali, tmien ħaddiema tas-salvataġġ u tlett trakkijiet. 
Spjega li l-magna ħadet in-nar f’parti mil-lukanda fejn ma kienx hemm nies, liema nar intefa wara ħidma mill-istess dipartiment.
Il-maniġment tal-lukanda evakwa lill-istaff u r-residenti.
Ritratt: Deputat Direttur CPD, Peter Paul Coleiro