Nar f’lukanda f’Buġibba

Żviluppaw xi nirien f’lukanda f’Buġibba ftit tal-mumenti ilu, iżda dan ġie kkontrollat minnufih mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Pulizija kkonfermaw dak li s-sorsi qalu ma’ Newsbook.com.mt li nar kien f’BellaVista Hotel li tinsab fi Triq il-Qawra.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li r-rapport daħal għall-ħabta tat-8pm li żviluppa xi nar fil-kamra tal-ħasil tal-ħwejjeġ fil-lukanda. Spjega ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet li nar ġie kkontrollat mill-ewwel.

Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal li membri mill-istess dipartiment jinsabu fuq il-post fejn qed issir l-evkwazzjoni tan-nies mil-lukanda.

Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku, iżda jidher li ma weġġa’ ħadd f’dan l-inċident.