Aġġornata: Evakwat l-istabbiliment Skyparks

Ħadd ma’ weġġa’ wara allarm ta’ nirien fil-bini ta’ Skyparks fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
Il-ħaddiema u l-persuni li kienu fl-istabbiliment kellhom joħorġu barra wara li allarm kien qed jindika li kien hemm xi nirien setgħu nfirxu fl-bini.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6 ta’ filgħaxija u fuq il-post waslu l-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Ċivili b’vetturi tat-tifi tan-nar.
Wara tfittxija li saret fil-bini rriżulta li ma kienx hemm nirien iżda dħaħen li nfirxu fuq is-suffett.
Il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ.