Duħħan fuq il-bejt tal-Awtorità tax-Xandir iħasseb ħażin lill-ġirien

Aġġornat 07:17 PM

Read in English.

Duħħan iswed tal-egżost li ħarġet mill-ġeneratur tal-Awtorità tax-Xandir ħasseb ħazin lin-nies tant li ssejjħet l-Protezzjoni Ċivili, kelliem għall-Pulizija qal lil Newsbook.com.mt

Hu spjega li hekk kif marru fuq il-post, il-membri tal-Protezzjoni Ċivili kien aċċertat li d-duħħan kien ġej minn ġeneratur li jinsab fil-garaxx tal-Awtorità li nxtegħel hekk kif mar id-dawl fil-bini.

Il-Pulizija qalet id-duħħan żviluppa mill-exhaust tal-ġeneratur tad-diżil. Huwa qal li l-Pulizija aċċertat ruħha li ma kien hemm l-ebda nar fil-bini.