Ikkontrollati n-nirien fl-Aħrax tal-Mellieħa

Aġġornat 09:49 AM
Protezzjoni Civili

Il-Pulizija ħabbret li ġew ikkontrollati n-nirien fl-Aħrax tal-Mellieħa wara li dalgħodu avżat biex in-nies jevitaw iż-żona minħabba nirien li ħakmuha.

F’kitba fuq Facebook, il-Korp tal-Pulizija ħabbar li ż-żona ngħalqet sakemm jiġu kkontrollati n-nirien.

Ftit tal-ħin wara, il-Pulizija qalet li ż-żona hija aċċessibbli mill-ġdid.

UPDATE: Area has been re-opened for use. Public is advised to avoid the area know as l-Ahrax tal-Mellieha since it is…

Posted by The Malta Police Force on Saturday, May 16, 2020